Sunday, December 22, 2024

Manchester City champions tad-dinja tal-clubs

Aqra wkoll

Manchester City huma ċ-champions tad-dinja tal-clubs meta fil-finali, li ntlagħbet f’King Abdullah Sports City Stadium, f’Jeddah, fl-Arabja Sawdija, għelbu lil Fluminense tal-Brażil bl-iskor ta’ 4-0. 

Huma fetħu l-iskor wara biss 40 sekonda meta l-goalkeeper, Fabio, laqa’ parzjalment ix-xutt ta’ Nathan Ake mid-distanza, bil-ballun jaqa’ għand Julian Alvarez li mill-viċin kompla l-ballun għal ġewwa.

Is-Citizens irduppjaw, fis-27 minuta, meta Neto kkommetta auto-goal sfortunat. Imbagħad Phil Foden (72) kabbar l-iskor biex l-istess Alvarez (88) issiġilla r-rebħa għat-team immexxi minn Pep Guardiola.  

Fil-logħba għat-tielet post, Al Ahly tal-Eġittu għelbu lil Urawa Red Diamonds tal-Ġappun bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals jaslu minn Yasser El Hanafi (19), Percy Tau (25), Yoshio Koizumi (60 og) u Ali Maaloul (92) filwaqt li Jose Kante (43) u Alexander Scholz (54 pen) wieġbu għal Urawa.  

Ekonomija

Sport