Manchester City huma favoriti għall-akkwist potenzjali tal-player ta’ River Plate, Enzo Fernandez.
Huwa maħsub li l-player ta’ 21 sena ġibed l-attenzjoni tal-clubs madwar l-Ewropa wara li fetaħ l-istaġun 2022 fl-Arġentina art twelidu b’erba’ goals u tliet assists fi 11-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha.
Man City ġew akkreditati b’interess f’Fernandez hekk kif qed jippreparaw biex jilqgħu lil sieħbu Julian Alvarez fl-Etihad Stadium, filwaqt li Real Madrid u Manchester United huma wkoll maħsuba li ngħaqdu fit-tellieqa għall-akkwist tiegħu.
Issa, huwa mifhum li ċ-champions tal-Premier League qed imexxu t-tellieqa għall-firma ta’ Fernandez hekk kif qed jippjanaw għat-tluq ta’ Fernandinho, u t-team immexxi minn Pep Guardiola lest li jressaq offerta uffiċjali għalih.
Jidher li diġà sar kuntatt mar-rappreżentanti ta’ Fernandez, u ż-żewġ clubs qee igawdu minn relazzjoni b’saħħitha wara n-negozjar tat-trasferiment ta’ Alvarez ma’ Manchester City.
Fernandez jibqa’ kuntrattat ma’ River Plate sal-2025 u dan l-aħħar saħaq li se jibqa’ ‘umli’ fost rabtiet ma’ numru ta’ clubs Ewropej ewlenin.