Manchester City qed jitqiesu bħala l-favoriti li jiffirmaw lil Pau Torres mingħand Villarreal.
Id-difensur irrifjuta l-opportunità li jingħaqad ma’ Tottenham Hotspur fis-sajf, u għażel li jibqa’ mar-rebbieħa tal-Europa League.
Torres, li rrappreżenta lil Spanja fil-Kampjonati Ewropej fis-sajf, huwa prodott tal-akkademja ta’ Vilarreal u ilu fil-club mill-età ta’ ħames snin.
Madankollu, Man City huma f’pożizzjoni tajba biex jakkwistaw lill-player ta’ 24 sena hekk kif id-direttur tal-football Txiki Begiristain għandu relazzjoni tajba mal-imsieħba mill-qrib ta’ Torres.
Iċ-champions tal-Premier League ilhom isegwu lid-difensur ċentrali għal żmien twil, iżda huma ħerqana li jaraw kif inhu sejjer fiċ-Champions League dan l-istaġun.
Pep Guardiola diġà għandu diversi difensuri ċentrali minn fejn jagħżel fl-iskwadra tiegħu, fosthom Ruben Dias, Aymeric Laporte u John Stones.