Manchester City huma fiduċjużi li ftehim biex jiġi ffirmat l-attakkant ta’ River Plate, Julian Alvarez, se jiġi ffinalizzat qabel l-iskadenza tat-Tnejn fil-11pm.
Is-Citizens huma mifhuma li qablu rigward ħlas fir-reġjun ta’ £17-il miljun biex jiffirmaw lill-player ta’ 21 sena, bid-direttur sportiv ta’ Fiorentina Daniele Prade diġà jikkonferma li t-team tiegħu tilef l-isfida għas-spejjeż tal-leaders tal-Premier League.
It-taħditiet bejn Man City u River Plate issa jinsabu fi stadju avvanzat, iżda għad iridu jiġu magħżula d-dettalji finali.
Iż-żewġ partijiet huma kunfidenti li l-ftehim se jitlesta qabel l-iskadenza tat-trasferimenti, li se tara lil Alvarez jiffirma kuntratt fit-tul sa Ġunju 2027.
L-internazzjonali Arġentin mistenni jibqa’ misluf ma’ River Plate sa tmiem l-istaġun attwali fl-Ingilterra, qabel ma jingħaqad mat-team ta’ Pep Guardiola fis-sajf għall-pre-season.
Alvarez gawda minn staġun eċċezzjonali fl-2021 fl-Amerika t’Isfel, fejn skorja 24 goal u rreġistra 15-il assist għal River Plate f’46 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.