Manchester City għandhom ‘ftehim verbali’ biex jiffirmaw lill-goalkeeper Stefan Ortega bħala free agent, jekk Zack Steffen iħalli l-club dan is-sajf.
Ortega, ta’ 29 sena, se jħalli lill-club Ġermaniż Arminia Bielefeld – li ġie relegat mill-Bundesliga – meta jiskadilu l-kuntratt fl-aħħar tax-xahar.
Huwa mifhum li Ortega jinsab viċin li jiffinalizza trasferiment ma’ Manchester City u se jsir il-goalkeeper ta’ riserva tal-club wara Ederson, fejn jidher li l-ftehim bejn iż-żewġ naħat jista’ jiġi ffinalizzat sal-aħħar tal-ġimgħa.