Sunday, November 24, 2024

Manchester City interessati f’Robert Lewandowski

Aqra wkoll

Manchester City huma fost numru ta’ clubs interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Bayern Munich, Robert Lewandowski.

L-internazzjonali Pollakk ġie marbut ma’ ċaqliq ‘il bogħod mill-club Ġermaniż fis-sajf, bil-kuntratt attwali tiegħu jintemm f’Ġunju, 2023.

S’issa dan l-istaġun il-player ta’ 33 sena skorja 29 goal tul 26 logħba tal-Bundesliga, filwaqt li skorja wkoll 12-il darba fiċ-Champions League fl-ewwel tmien logħbiet.

Manchester City huma interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ esperjenza dan is-sajf, bil-club irid jakkwista numru disgħa biex iżidu fl-iskwadra eżistenti.

Minħabba li Lewandowski għandu esperjenza ta’ ħidma ma’ Pep Guardiola, hemm twemmin li ma jkollux għalfejn jadatta l-istil tiegħu jew jidra t-taħriġ, iżda Man City mhuwiex l-uniku club li qed isegwi l-passi tiegħu.

Kemm Manchester United kif ukoll Real Madrid qed jittamaw ukoll li jiksbu l-firma tal-player Pollakk fi tmiem l-istaġun, iżda l-ewwel net għad irid jiġi diskuss hux se jħalli l-club jew le.

Sport