Manchester City huma interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Leeds United, Kalvin Phillips, u lid-difensur xellugi ta’ Brighton & Hove Albion, Marc Cucurella, dan is-sajf.
Is-Citizens diġà laħqu ftehim biex jiffirmaw lil Erling Braut Haaland u Julian Alvarez, iżda ċ-chairman Khaldoon Al Mubarak żvela li l-club se jfittex li jakkwista iktar players qabel l-istaġun 2022-23.
Manchester City jaraw lill-istilla ta’ Leeds Phillips bħala l-mira primarja tagħhom f’nofs il-ground biex jieħu post il-captain tal-club Fernandinho, li se jħalli lill-club meta jiskadi l-kuntratt tiegħu dan is-sajf.