Manchester City qed iżommu għajnejhom mill-viċin fuq l-istilla ta’ Aston Villa, Jacob Ramsey.
Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena stabbilixxa ruħu bħala player regolari għall-club mill-West Midlands taħt Dean Smith f’dan l-istaġun, u beda erbgħa mis-sitt logħbiet fil-Premier League tagħhom s’issa fl-istaġun 2021-22.
Ramsey estenda l-ftehim tiegħu f’Villa Park sas-sajf tal-2025 aktar kmieni din is-sena, iżda huwa mifhum li l-emerġenza tiegħu ġibdet l-għajn ta’ Man City, u ċ-champions Ingliżi qed isegwu l-iżvilupp tiegħu qabel ma jagħmlu offerta potenzjali.
Ħlief għal perjodu ta’ self ta’ sitt xhur ma’ Doncaster Rovers, Ramsey qatta’ l-karriera kollha tiegħu f’Villa Park, fejn huwa prodott tal-akakdemja tagħhom qabel ma ddebutta mal-ewwel team tiegħu kontra West Bromwich Albion fiċ-Championship fl-istaġun 2018-19.
Il-midfielder għamel 33 dehra għat-team ta’ Smith fil-kompetizzjonijiet kollha iżda għadu qed jistenna l-ewwel goal tiegħu għall-club tat-tfulija tiegħu.