Thursday, December 26, 2024

Manchester City jaffrontaw lil Arsenal fil-Community Shield

Aqra wkoll

Illumd fil-5.00 pm f’Wembley Stadium se tintlagħab il-101 FA Community Shield bejn iċ-champions tal-Premier League, Manchester City, u r-runners-up Arsenal, b’dawn ħadu posthom minħabba li s-City rebħu l-FA Cup ukoll.

Il-logħba se tkun ripetizzjoni tal-FA Charity Shield 1935 u tal-FA Community Shield 2014 li huma rebħu 4-0 u 3-0 rispettivament.

Manchester City għadhom ġejjin minn tour fl-Asja, filwaqt li Arsenal marru l-Istati Uniti biex jilagħbu ftit partiti. Wara li temmew dak kollu, issa qegħdin lura d-dar jistennew li jibda l-istaġun.

Din il-partita se turi kemm lil Pep Guardiola kif ukoll lil Mikel Arteta jekk hemmx oqsma speċifiċi li jridu jitjiebu u jekk hemmx bżonn ta’ bidliet fl-aħħar minuta.

Is-City kellhom tliet tes­tijiet fl-Asja, li matulhom Guardiola għaqqad ħafna, ipprova jaddatta lil Mateo Kovacic għall-ambjent il-ġdid tiegħu u jintroduċih fis-sistema tas-Citizens bil- Kroat se jkollu biċċa xo­għol kbira quddiemu, u dan meta se jieħu post il-captain Ilkay Gundogan, li sieħeb lil Barcelona.

Iċ-Citizens għelbu lil Yokohama FM, 5-3, imbagħad għelbu lil Bayern Munich 2-1, u tilfu 2-1 kontra Atletico Madrid fl-aktar konfront riċenti. Fil-logħob kollu, is-City lagħbu b’inqas minn 70% tal-qawwa tagħha, u xorta ddominaw.

L-enigma għal din il-laqgħa hija l-kundizzjoni ta’ Kevin De Bruyne. 

L-istilla Belġjan ġarrab injury fil-finali taċ-Champions League, u xorta ma rkuprax kif suppost, wara li tilef l-avvenimenti kollha ta’ qabel l-istaġun li lagħbu s-City.

Arsenal kienu fl-Istati Uniti, fejn iltaqgħu ma’ wħud mill-aqwa timijiet Ewropej f’dan il-mument. Arteta kellu ċ-ċans jintroduċi lil Declan Rice mat-team il-ġdid u r-rwoli l-ġodda tiegħu.

Il-Gunners iffaċċjaw lil Manchester United u tilfu dak il-konfront 2-0, iżda wara reġgħu lura kontra Barcelona, u rebħu 5-3.

Huma kienu aħjar mill- Blaugrana f’kull aspett tal-logħob, u faqqru liċ-champions Spanjoli fit-tieni taq­sima.

Fuq in-naħa l-oħra, Gabriel Jesus jinsab imweġġa’, u se jkun barra għal xi żmien waqt li Bukayo Saka u Oleksandr Zinchenko huma dubjużi.

F’dawn l-aħħar snin, Manchester City kienu do­minanti kontra Arsenal, b’dawn l-aħħar tmien avvenimenti jirbħuhom kontra r-rivali tagħhom. Matul il-kampanja tal-2023, is-City rebħu tliet darbiet, fl-FA Cup, 1-0, u wara, fil-Premier League, 3-1 fl-Emirates u 4-1 fl-Etihad. Fl-aħħar, dawn il-logħbiet kienu deċiżivi għar-rebħ tal-kampjonat.

Bħalissa s-City mhumiex fl-aqwa tagħhom, speċjalment mingħajr De Bruyne, li wieħed m’għandux jis­tenna li jarah fl-iskwadra, u b’Kovacic. Għalhekk wieħed irid jara kif Guardiola se jsib rimedju għal dawn kif ukoll għall-players li tilef, Gundogan u Riyad Mahrez, waqt li għandu problema b’Bernardo Silva li jrid jitlaq u anke b’Kyle Walker li ssemma’ ukoll li jrid isib team ieħor.

Il-Gunners issaħħew b’Declan Rice, Kai Havertz u Jurrien Timber, it-tlieta f’daqqa għal £208 miljun.

Ir-referee se jkun  Stuart Attwell.

Ekonomija

Sport