Manchester City għadhom qed jaħdmu fuq kuntratt ġdid ta’ ħames snin għal Phil Foden.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena kien player ewlieni għas-Citizens matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 40 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, iskorja 13-il goal u pprovda disa’ assists fil-proċess.
Il-ftehim eżistenti ta’ Foden fl-Etihad Stadium għandu jiskadi f’Ġunju 2024, iżda ċ-champions Ingliżi qed jaħdmu fuq kuntratt ġdid sa Ġunju 2027.
Il-player internazzjonali Ingliż se jiġi offrut żieda fil-pagi tiegħu minħabba l-importanza tiegħu għat-team, u l-manager Pep Guardiola qed jittama li jintlaħaq ftehim ‘mill-aktar fis possibli’.
Il-prodott tal-Akkademja Foden skorja 44 goal u rreġistra 31 assist f’164 dehra għaċs-Citiżens minn mindu għamel id-debutt tiegħu mal-ewwel team tagħhom lura fl-2017.
Il-player Ingliż wera l-versatilità tiegħu billi opera f’numru ta’ pożizzjonijiet differenti f’dan l-istaġun, lagħab bħala attakkant fuq ix-xellug, fuq il-lemin u fi rwol ċentrali, minbarra li kien ukoll utilizzat f’nofs il-ground.