Manchester City identifikaw lill-midfielder ta’ Sporting Lisbon Matheus, Nunes, bħala mira potenzjali qabel it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena kien player ewlieni għall-ġganti Portugiżi dan l-istaġun, u deher fi 42 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha, inkluża t-telfa ta’ 5-0 fl-ewwel leg kontra s-Citizens fir-round tal-aħħar 16 taċ-Champions League matul ix-xahar li għadda.
Huwa mifhum li Pep Guardiola huwa ammiratur ta’ Nunes u jemmen li għandu l-kredenzjali biex jopera bħala midfielder difensiv jew fi rwol aktar avvanzat f’nofs il-ground.
Jidher li Nunes għandu klawsola ta’ release ta’ €60m, iżda Sporting huma lesti li jirċievu din iċ-ċifra f’pagamenti relatati mal-bonus jekk jaqblu ma’ bejgħ dan is-sajf.
Jekk is-City ma jridux jaqblu mal-valutazzjoni ta’ Sporting, allura potenzjalment jistgħu jinkludu lid-difensur lemini Pedro Porro – li bħalissa jinsab misluf maċ-champions Portugiżi – fi skambju parzjali.
Sporting huma ħerqana li jagħmlu l-ftehim temporanju ta’ Porro permanenti dan is-sajf u huma lesti li jħallsu €8.5m, iżda n-negozjati ltaqgħu ma’ ostaklu peress li City jixtiequ jonoraw klawsola inkluża fil-ftehim ta’ €20m.
Nunes, li lagħab tliet darbiet mat-team nazzjonali tal-Portugall, għandu kuntratt fl-Estadio Jose Alvalade sa Ġunju 2026.