Manchester City ingħaqdu ma’ Chelsea u Barcelona fit-tellieqa biex jiffirmaw lid-difensur ċentrali ta’ Sevilla, Jules Kounde.
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena kien marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq ‘il bogħod mill-club tal-La Liga dan is-sajf, u rapport wieħed isostni li jinsab ‘ħerqan’ li jħalli l-club u jilgħab f’livell ogħla fost interess fis-servizzi tiegħu.
Kounde kien fil-mira fit-tul ta’ Chelsea, li qegħdin attenti biex isibu sostitut denju kemm għal Antonio Rudiger kif ukoll għal Andreas Christensen, filwaqt li Barcelona huma ħerqana wkoll li jakkwsitaw lill-Franċiż li huwa vvalutat għal £55 miljun.