Manchester City daħlu fit-taqtiegħa għall-firma tal-midfielder internazzjonali Ingliż ta’ West Ham, Declan Rice.
It-talba tal-Hammers għal dan il-player hija dik ta’ £100 miljun u jidher li Arsenal tilfu ċ-ċans li jieħdu lil dan il-player ta’ 24 sena lejn l-Emirates Stadium wara li kellhom żewġ offerti miċħuda li fihom waslu sa £90 miljun.
Issa wara t-tluq ta’ Ilkay Gundogan, li se jingħaqad ma’ Barcelona, is-Citizens se jagħmlu dak kollu fil-poter tagħhom biex jieħdu lil Rice fl-Etihad Stadium.
Fit-trattattivi huma se jdaħħlu wkoll lid-difensur Kalvin Philips li l-coach ta’ West Ham, David Moyes, huwa ammiratur kbir tiegħu.
Min-naħa l-oħra, il-coach ta’ Manchester United, Erik ten Hag kien rappurtat li kien lest li jibdel lil Harry Maguire jew Scott McTominay bħala parti minn ftehim biex jirħu l-istilla tal-Ingilterra f’Old Trafford.