Iċ-champions Ingliżi, Manchester City, iffirmaw uffiċjalment lill-midfielder internazzjonali Ingliż, Kalvin Phillips, mingħand Leeds United.
Huwa se jieħu post Fernandinho li ħalla lill-club wara servizz ta’ seba’ staġuni.
Is-Citizens ħallsu £42 miljun kif ukoll £3 f’bonuses oħra.
Phillips lagħab 235 partita ma’ Leeds United li fl-istaġun li għadda sfaw relegati għaċ-Championship.
Huwa esprima s-sodisfazzjon li ngħaqad ma’ wieħed mill-aqwa timijiet fid-dinja fil-preżent.