Monday, November 4, 2024

Manchester City jikkwalifikaw għall-finali tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Manchester City …..4

Real Madrid………….0

(Agg: Man City 5-1)

Manchester City se jiltaqgħu kontra Inter fil-finali tal-UEFA Champions League meta fit-tieni leg tas-semi-finali umiljaw lil Real Madrid bl-iskor ta’ 4-0 għal aggregate ta’ 5-1. 

Sa mis-suffara inizjali, Manchester City rebħu l-inizjattiva u b’mod gradwali ġiegħlu lill-Madrileni jirtiraw lura jippruvaw jassorbu l-pressjoni tagħhom. 

U proprju fit-12-il minuta, is-Citizens resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta mill-cross ta’ Jack Grealish, il- goalkeeper Thibaut Courtois salva fuq il-linja fatali d-daqqa ta’ ras ta’ Erling Haaland, b’David Alaba jbiegħed il-periklu. 

Fl-20 minuta, Courtois re­ġa’ kien providenzjali fuq daqqa ta’ ras oħra ta’ Haa­land. Iżda tliet minuti wara ma seta’ jagħmel xejn meta ġie megħlub minn Bernardo Silva li kien żmarkat minn Ke­vin De Bruyne.  

Fis-37 minuta, is-Citizens irduppjaw meta x-xutt ta’ Ilkay Gundogan ġie mblukkat iżda mir-rebound Bernardo Silva xeħet fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.  

Fit-tieni taqsima, it-team immexxi minn Pep Guardiola qagħad jikkontrolla l-andament tal-logħba minkejja li l-avversarji ħarġu mill- qoxra difensiva tagħhom, li iżda, qatt ma nkwadraw il- lasti.  

Fl-74 minuta, Courtois re­ġa’ ċaħħad li Haaland meta antiċipah fil-ħin biex evita goal ċert.

Iżda żewġ minuti wara, is-City żiedu l-vantaġġ minn auto-goal ta’ Diego Militao … biex fit-93 minuta, Julian Alvarez issiġilla r-rebħa għal skor finali ta’ 4-0.

Sport