Manchester City qed jippjanaw li jidħlu f’taqtiegħa ma’ Manchester United għall-firma tal-midfielder ta’ West Ham United, Declan Rice, dan is-sajf.
Huwa maħsub li ż-żagħżugħ ta’ 23 sena rrifjuta ċ-ċans li jiffirma ftehim ġdid mal-club immexxi minn David Moyes, fejn il-kuntratt attwali tiegħu mistenni jibqa’ għaddej sas-sajf tal-2024.
Moyes dejjem afferma li Rice mhux għall-bejgħ, u l-partijiet interessati jistgħu jkunu sfurzati jipprovdu offerta ta’ disa’ ċifri biex jippruvaw jippremjaw lill-player internazzjonali Ingliż ‘il bogħod mil-London Stadium.
Manchester United huma maħsuba li għamlu lil Rice mira ewlenija għat-tieqa tas-sajf, iżda issa huwa mifhum li Man City iridu jegħlbu lir-Red Devils għall-firma tiegħu.
Fernandinho ikkonferma li se jħalli liċ-champions Ingliżi fi tmiem l-istaġun, u jidher li City talbu li jinżammu infurmati fir-rigward tal-futur ta’ Rice.
L-ex player ta’ Chelsea skorja ħames goals u pprovda erba’ assists fi 43 dehra għall-Hammers f’dan l-istaġun, iżda t-team mill-kapitali Ingliża qed jippjana li jirrifjuta l-offerti kollha għall-playmaker tagħhom fit-tieqa tat-trasferimenti li jmiss.