Monday, December 23, 2024

Manchester City jistgħu jagħmlu offerta għal Vinicius Junior

Aqra wkoll

Manchester City jistgħu jagħmlu offerta għal Vinicius Junior ta’ Real Madrid fis-sajf li ġej jekk il-club ma jirnexxix fit-tentattivi tiegħu li jakkwista lil Erling Braut Haaland.

Jingħad li s-Citizens qed imexxu l-interess tal-Premier League f’Haaland, iżda t-team ta’ Pep Guardiola hu maħsub li jinsab wara Real Madrid fit-tellieqa għall-attakkant ta’ Borussia Dortmund.

Man City jistgħu jaqilbu l-attenzjoni tagħhom fuq Vinicius jekk l-internazzjonali tan-Norveġja jiddeċiedi li jmur jilgħab fil-Bernabeu matul it-tieqa tat-trasferimenti tas- sajf li ġej.

Vinicius kien f’forma impressjonanti għal Los Blancos matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 15-il darba u pprovda disa’ assists f’27 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena għad fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu mat-team ta’ Carlo Ancelotti, iżda l-leaders ta’ La Liga jingħad li huma ħerqana li jiftiehmu ftehim ġdid mal-internazzjonali Brażiljan.

Vinicius, li fil-biċċa l-kbira jopera bħala attakkant xellugi, skorja 29 goal u rreġistra 32 assist f’145 dehra ma’ Real Madrid minn meta ngħaqad magħhom mingħand Flamengo fl-2018.

Ekonomija

Sport