Friday, December 13, 2024

Manchester City jistgħu jiddeċiedu li jbiegħu lil Raheem Sterling

Aqra wkoll

Manchester City jistgħu jiddeċiedu li jbiegħu lil Raheem Sterling matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf, jekk l-internazzjonali Ingliż jirrifjuta li jiffirma kuntratt ġdid.

L-attakkant kien marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq ‘il bogħod mill-Etihad Stadium is-sena li għaddiet, iżda kien player ewlieni għas-Citiżens fl-aħħar xhur.

Man City jingħad li huma ħerqana li jidħlu f’diskussjonijiet dwar kuntratt mal-player ta’ 27 sena, bil-ftehim eżistenti tiegħu fl-Etihad Stadium se jiskadi f’Ġunju tal-2023.

Madankollu, iċ-champions Ingliżi huma wkoll miftuħin li jbigħu lill-ex player ta’ Queens Park Rangers jekk ma jiffirmaw estensjoni fil-kuntratt.

Huwa mifhum li t-team immexxi minn Pep Guardiola jkun irid ‘il fuq minn £50 miljun għall-attakkant, li se jkun għad fadallu biss 12-il xahar fuq il-ftehim attwali tiegħu fi tmiem dan l-istaġun.

Sterling skorja 13-il goal u rreġistra ħames assists fi 32 dehra għal Man City dan l-istaġun, inklużi 10 goals u żewġ assists fi 22 partita fil-Premier League.

Ekonomija

Sport