Manchester City qwed jittamaw li Pep Guardiola jiffirma kuntratt ġdid qabel tmiem is-sena.
L-Ispanjol, li rebaħ erba’ titli tal-Premier League mas-City mindu ħa t-tmexxija fl-2016, huwa bla kuntratt fi tmiem l-istaġun 2022/23, għalkemm id-diskussjonijiet dwar estensjoni ilhom għaddejjin għal numru ta’ xhur.
Fil-fatt diġá hemm ftehim fil-prinċipju li jorbtu sal-2025 u kollox jinsab f’postu biex sa tmiem din is-sena l-coach Spanjol jiffirma.
Minkejja li Guardiola kien ħabbar li kien qed jimmira biex jieħu sena sabbatika, id-diriġenti taċ-champions Ingliżi huma kunfidenti li l-ex coach ta’ Barcelona jibqa’ jaħdem fl-Etihad Stadium.
Jekk f’każ li Guardiola ma jiffirmax il-kuntratt, Manchester City għandhom tliet kandidati li jistgħu jieħdu postu. Dawn huma Mikel Arteta (Arsenal), Julian Nagelsmann (Bayern Munich) u Marcelo Gallardo (River Plate).