Manchester City offrew lill-attakkant Gabriel Jesus lill-ġganti Spanjoli Real Madrid u Atletico Madrid dan is-sajf.
Il-player ta’ 25 sena kien marbut b’mod qawwi ma’ tluq mill-Etihad Stadium wara l-akkwisti ta’ Erling Braut Haaland u Julian Alvarez.
Arsenal huma maħsuba li huma favoriti biex jakkwistaw lil Jesus dan is-sajf, bil-manager Mikel Arteta jikkunsidra lill-internazzjonali Brażiljan bħala wieħed mill-miri primarji tiegħu biex jieħu post Alexandre Lacazette li mistenni jħalli l-Gunners.