Manchester City huma lesti li jidħu f’taqtigħa ma’ Manchester United għall-firma tad-difensur ċentrali ta’ Villarreal, Pau Torres, dan is-sajf.
Is-sena l-oħra l-internazzjonali Spanjol sploda fix-xena bil-Yellow Submarines itemm l-istaġun 2020-21 bir-rebħ tal-Europa League.
Torres kompla l-iżvilupp tiegħu taħt il-gwida ta’ Unai Emery dan l-istaġun u kien player integrali ieħor għal Villarreal li kisbu post fis-semi-finali taċ-Champions League.