Manchester City qed jippjanaw li jagħmlu offerta rekord tal-club biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham, dan is-sajf.
Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena mpressjona bis-sħiħ minn meta ngħaqad mal-club Ġermaniż mingħand il-club tat-tfulija Birmingham City fl-2020, fejn skorja 10 goals u rreġistra 17-il assist f’85 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Man City kienu marbuta b’mod qawwi mal-firma ta’ sieħeb Bellingham ma’ Dortmund, Erling Braut Haaland, iżda huwa mifhum li s-Citizens qed jippjanaw ukoll li jagħmlu offerta sostanzjali għall-player internazzjonali tal-Ingilterra.
Huwa mifhum li l-manager Spanjol tal-Blues, Pep Guardiola, huwa ħerqan li jakkwista midfielder ċentrali ġdid, b’Bellingham qed jitqies bħala prijoritá assoluta fil-lista ta’ miri tiegħu, u Man City huma lesti li jiffirmaw lil da nil-player żagħżugħ bi ħlas li jaqbeż il-£100 miljun li ħallsu biex jiffirmaw lil Jack Grealish mingħand Aston. Villa fis-sajf li għadda.
Real Madrid, Manchester United u Liverpool ukoll ġew marbuta ma’ Bellingham, għalkemm rapport partikolari sostna li l-midfielder jista’ jiddeċiedi li jibqa’ fil-Bundesliga għal “ftit snin oħra”.
Bellingham, li hu maħsub li hu stmat minn Dortmund għal madwar £125 miljun, jinsab taħt kuntratt fis-Signal Iduna Park sa Ġunju tal-2025.