Tuesday, December 24, 2024

Manchester City u Arsenal interessati f’Dusan Vlahovic

Aqra wkoll

Manchester City u Arsenal huma tnejn minn tmien clubs interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Fiorentina, Dusan Vlahovic fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Vlahovic qed jitqies bħala wieħed mill-aktar players imfittxija fil-football Ewropew.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena sar biss it-tieni player – wara Cristiano Ronaldo – mill-1961 li skorja 33 goal fis-Serie A f’sena kalendarja, u jista’ jikser l-aqwa rekord personali ta’ Ronaldo meta nhar l-Erbgħa Fiorentina jiffaċċjaw lil Hellas Verona.

Vlahovic fadallu biss 18-il xahar fil-ftehim attwali tiegħu ma’ Fiorentina u diġà rrifjuta l-aktar offerta ta’ kuntratt ta’ qligħ fl-istorja tal-club.

Huwa mifhum li tmien clubs qed iżommu ħarsithom fuq is-sitwazzjoni tiegħu, fosthom it-trio tal-Premier League Man City, Arsenal u Tottenham Hotspur.

Paris Saint-Germain, Juventus, Borussia Dortmund u AC Milan ukoll ġew ikkreditati b’interess, għalkemm Manchester United mhumiex imsemmija bħala interessati potenzjali minkejja rapporti preċedenti li poġġewhom fit-tellieqa.

Fiorentina qed jitolbu sa €100m biex iħallu lil Vlahovic jitlaq f’Jannar, filwaqt li l-player qiegħed jitlob pagi ta’ madwar £200,000 fil-ġimgħa.

L-internazzjonali Serb jisnab fl-ewwel post tal-klassifika tal-aqwa skorers tas-Serie A dan l-istaġun b’16-il goal minn 18-il dehra biss.

Ekonomija

Sport