Iċ-champions Ġermaniżi Bayern Munich ma jridux ineħħu lil Ryan Gravenberch għalkemm żewġ timijiet Ingliżi qed jiġru wara r-rappreżentant tal-plejer fit-tentattiv li jakkwistawh f’Lulju li ġej. Fil-fatt Liverpool u Manchester City qed isegwu sew il-progress tal-plejer ta’ 20 sena.
Gravenbech ilu ma’ Bayern Munich sa mis-sena 2022 u jilgħab bħala plejer f’nofs il-grawnd. Hu lagħab 21 partita iżda ma rnexxielux jiskorja gowls.