Manchester City jinsabu viċin li jilħqu ftehim ma’ Borussia Dortmund dwar l-akkwist tad-difensur ċentrali, Manuel Akanji.
Il-futur tal-player ta’ 27 sena mal-ġganti Ġermaniżi kien impoġġi f’dubju matul dan is-sajf hekk kif issa daħal fl-aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tiegħu.
Clibs bħal Manchester United, Arsenal, Juventus u Inter kollha kienu interssati fl-akkwis potenzjali tal-player internazzjonali tal-Iżvizzera, b’rapport ix-xahar li għadda iżda jsostni li hu jippreferi li jmur jilgħab f’Old Trafford.