Manchester United kellhom diskussjonijiet ma’ Aurelien Tchouameni dwar mossa possibbli għall-midfielder ta’ Monaco matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Il-player ta’ 22 sena hu maħsub li hu mfittex kemm minn Chelsea kif ukoll minn Real Madrid fis-sajf li ġej, wara li dan l-istaġun kien stilla għall-club tiegħu tal-Ligue 1, minbarra li sar player importanti għal Franza.
Monaco għamluha ċara li jista’ jiswa sa £83.2m biex ir-Red Devils jiffirmaw lill-midfielder mingħandhom, liema player għad fadallu sentejn u nofs fil-ftehim attwali tiegħu.
Manchester United naqqsu l-interess tagħhom fil-Franċiż, iżda huma għadhom fit-taqtiegħa għall-firma tiegħu.
It-team ta’ Ralf Rangnick kellu taħdidiet mal-aġenti ta’ Tchouameni biex jiddiskutu ċaqliq possibbli f’Old Trafford matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Manchester United, li qed ifittxu li jiksbu post mal-ewwel erbgħa fil-Premier dan l-istaġun, mistennija jiffirmaw mill-inqas midfielder ċentrali ġdid qabel l-istaġun li ġej, b’Paul Pogba aktarx iħalli lill-club bi free transfer.