Manchester United jinsabu f’taħditiet kontinwi mal-aġenti ta’ Paulo Dybala dwar offerta possibbli għall-player internazzjonali Arġentin qabel l-istaġun 2022-23.
Il-player ta’ 28 sena issa huwa uffiċjalment free agent, wara li ra l-kuntratt tiegħu ma’ Juventus jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u Inter kienu maħsuba li kienu favoriti għall-firma tiegħu.
Madankollu, dan it-trasferiment potenzjali issa tpoġġa fid-dubju wara r-ritorn ta’ Romelu Lukaku man-Nerazzurri b’self, bil-Kap Eżekuttiv ta’ Inter Guiseppe Marotta jsostni li l-attakk tat-team issa huwa wieħed ‘komplet’.