Manchester United xeħtu ħarsithom fuq l-akkwist ta’ Kieran Trippier mingħand Atletico Madrid f’Jannar.
Ir-Red Devils kienu interessati fl-internazzjonali Ingliż dan is-sajf u kellhom offerta ta’ €21m miċħuda mill-Ispanjoli.
Ole Gunnar Solskjaer huwa ħerqan li jtejjeb l-għażliet tiegħu fuq il-lemin sabiex jipprovdi kompetizzjoni għal Aaron Wan-Bissaka.
Man United se jerġgħu jagħmlu offerta għal Trippier meta terġa’ tinfetaħ it-tieqa tat-trasferimenti, minkejja li Atletico Madrid huma sodi li jridu jżommuh.
Il-player ta’ 30 sena jitlaq il-kapitali Spanjola biss jekk tintlaħaq il-klawsola ta’ release tiegħu ta’ €40m.
Trippier ingħaqad ma’ Atletico mingħand Tottenham Hotspur fl-2019, u minn dakinhar għamel 71 dehra għall-club.