Uffiċjali ta’ Manchester United marru Bareċellona fit-tentattiv li jilħqu ftehim mal-midfielder internazzjonali Olandiż ta’ Barcelona, Frenkie De Jong.
Ir-Red Devils ilhom minn Mejju li għadda jiġru wara l-firma tiegħu u r-risposta tiegħu dejjem kienet fin-negattiv minħabba li jrid jibqa’ jilgħab fin-Nou Camp.
Aktar minn hekk, huwa jrid jilgħab fil-UEFA Champions League … xi ħaġa li l-United ma jistgħux joffrulu.
De Jong dejjem saħaq li mhuwiex interessat li jmur jilgħab f’Old Trafford u jekk imur jilgħab fil-Premier League, jippreferi li jingħaqad ma’ Chelsea.
Barra minn hekk, huwa mhux se jiċċaqlaq mill-club Katalan minħabba li għandu jieħu €17-il miljun f’pagi b’lura.
Iżda Manchester United qedj jemmnu li finalment jistgħu jilħqu ftehim.