Manchester United għamlu l-akkwist ta’ difensur ġdid tal-lemin waħda mill-prijoritajiet tagħhom għat-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Ir-Red Devils fis-sajf, akkwsitaw lil Jadon Sancho, Raphael Varane u Cristiano Ronaldo, u ntqal li huma wkoll interessati li jiffirmaw midfielder difensiv u difensur.
Kieran Trippier kien marbut ħafna ma’ ċaqliq lejn Old Trafford, iżda Man United irrifjutaw li jħallsu l-klawsola ta’ release ta’ Atletico Madrid ta’ £30 miljun.
Ole Gunnar Solskjaer issa dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn żewġ alternattivi iżgħar fuq il-lemin, b’Natan Patterson ta’ Rangers u Max Aarons ta’ Norwich City jinsabu fix-short list tal-manager Norveġiż.
Solskjaer irid iktar kompetizzjoni għal Aaron Wan-Bissaka fl-iskwadra, b’Diogo Dalot potenzjalment iħalli l-club b’self.
Ethan Laird ta’ 20 sena bħalissa jinsab misluf ma’ Swansea City, iżda għadu mhux meqjus bħala lest li jisfida lil Wan-Bissaka għal post inizjali.
Patterson, li rebaħ il-Premiership Skoċċiż l-istaġun li għadda, qed jiġi segwit ukoll minn Everton, filwaqt li r-Red Devils se jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Manchester City għal Aarons.