Manchester United qed iħeġġu lil Harry Kane biex jagħmel talba ta’ trasferiment mal-club tiegħu Tottenham biex ikunu jistgħu jirreġistrawh. .
Il-United iridu li Kane jesprimi x-xewqa tiegħu li jitlaq minkejja li Spurs saħqu li l-attakkant mhuwiex għall-bejgħ.
Ir-Red Devils tħallew frustrati fl-insegwiment tagħhom wara l-captain tal-Ingilterra, li huma qed jistmaw li l-valur tiegħu huwa dak ta’ £80 miljun filwaqt li l-prezz mitlub huwa dak ta’ £100 miljun.
Iċ-chairman ta’ Tottenhamm Daniel Levym mhuwiex lest li jbigħ lil club rivali fil-Premier League Ingliż, iżda Kane, li fadallu sena kuntratt, irid li t-trasferiment iseħħ.
Min-naħa tagħhom, Manchester United irid lill-iskorer prolifiku ta’ 31 sena jingħaqad magħhom iżda ma jridux li din is-sitwazzjoni tibqa’ tkarkar.