Sunday, November 24, 2024

Manchester United inaqqsu l-interess tagħhom f’Antonio Conte

Aqra wkoll

Manchester United naqqsu l-interess tagħhom f’Antonio Conte minħabba l-ispiża biex iġibu lit-Taljan mal-club.

It-Taljan kien marbut b’mod qawwi mar-rwol maniġerjali f’Old Trafford, bil-manager attwali Ole Gunnar Solskjaer taħt pressjoni qawwija fost serje ħażina ta’ riżultati.

Madankollu, ir-red Devils qed ‘jitilfu malajr l-interess’ f’Conte, peress li jkun ‘għali ħafna’ li jġibu lill-coach ta’ 52 sena fil-club.

L-ex manager ta’ Chelsea jkun irid ftehim li jiswa £18-il miljun kull staġun sa Ġunju 2025, filwaqt li jitlob li jdaħħal l-istaff tiegħu stess fil-club, li jfisser li l-coaches ta’ Man United Michael Carrick, Mike Phelan u Kieran McKenna kollha jkollhom jħallu l-club.

Huwa mifhum li Conte jkun qed jitlob ukoll li r-Red Devils jiffirmaw midfielder u full-back ġdid matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar biex jippermettulu jaqleb għal formazzjoni ta’ 3-5-2.

Minħabba f’hekk, Man United huma maħsuba li qed jikkunsidraw alternattivi għall-ex midfielder ta’ Juventus, bil-pożizzjoni ta’ Solskjaer ‘il bogħod milli tkun sigura minkejja li żamm xogħlu wara t-telfa ta’ 5-0 kontra Liverpool fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Sport