Manchester United huma fost numru ta’ clubs li se jippruvaw jiffirmaw lill-midfielder ta’ Inter, Marcelo Brozovic fl-2022.
Il-partitarji tal-United tħallew frustrati bl-isforzi tal-club biex jiffirmaw midfielder ġdid matul is-sajf, sensazzjoni li nqalgħet wara numru ta’ wirjiet mhux daqstant pożittivi f’dan l-istaġun.
Ir-Red Devils jistgħu jfittxu li jirranġaw is-sitwazzjoni billi jakkwistaw lill-internazzjonali tal-Kroazja, Brozovic.
Il-player ta’ 28 sena, li jibqa’ player ewlieni f’San Siro, għandu jsir free agent fl-aħħar tal-istaġun, xenarju li jippermettilu li jkollu diskussjonijiet ma’ clubs barranin sa minn Jannar li ġej.
Filwaqt li Inter se jfittxu li jaqblu dwar termini ġodda qabel dakinhar, Brozovic huwa mistenni li jivvaluta numru ta’ għażliet fil-bidu tas-sena d-dieħla.