Il-coach ta’ Southampton Ralph Hasenhuttl huwa segwit minn Manchester United.
Fit-tielet staġun sħiħ tiegħu mas-Saints, l-Awstrijak impressjona u t-team tiegħu bħalissa jinsab id-disa’ fil-klassifika tal-Premier League.
Il-coach interim, Ralf Ragnic, huwa mistenni li jingħata r-rwol fl-amministrazzjoni tal-club fis-sajf u jaf lil Hasenhuttl sew minn żmienhom jaħdmu flimkien ma’ RB Leipzig.
Madankollu, il-coach ta’ 54 sena se jiffaċċja kompetizzjoni bl-eks coach tas-Saints Mauricio Pochettino u Erik ten Hag ta’ Ajax huma l-favoriti.
Iżda jekk il-ġerarkija tal-United tonqos milli tagħżel lil wieħed minnhom, huma jkunu miftuħa biex jingaġġaw lil Hassenhuttl.