Manchester United huma interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ RB Leipzig, Dani Olmo, fl-2022.
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena skorja 12-il goal u rreġistra 13-il assist fi 62 dehra għall-club Ġermaniż tiegħu minn meta ngħaqad magħhom mingħand Dinamo Zagreb f’Jannar 2020, u issa huwa wkoll player regolari għal Spanja.
Barcelona jkomplu jiġu kkreditati b’interess fl-ex player tagħhom, bil-ġganti Katalani jingħad li qed jiżnu pass f’Jannar minkejja l-kwistjonijiet finanzjarji tagħhom.
Madankollu, il-club immexxi minn Ronald Koeman x’aktarx jiffaċċja kompetizzjoni minn Man United, li huma ħerqana li jġibu lill-attakkant f’Old Trafford is-sena d-dieħla.
Juventus u Bayern Munich qed iżommu ġarsithom mill-qrib fuq l-iżviluppi u jistgħu jagħmlu offerti skond kif tiżvolġi s-sitwazzjoni.
Olmo, li għad fadallu tliet snin fil-ftehim attwali tiegħu, riċentement insista li kien iffukat għal kollox fuq Leipzig fost l-ispekulazzjoni dwar il-futur tiegħu.