Manchester United ippreferew li jibagħtu lil Amad Diallo b’self ma’ Rangers minkejja offerta mill-club mis-SerieA fl-Italja, Sassuolo, f’Jannar li għadda.
Il-winger ta’ 19-il sena kien inizjalment issettjat biex isieħeb lil Feyenoord bi ftehim temporanju fis-sajf, iżda l-ftehim sfaxxa fix-xejn wara li kien weġġa’.
Diallo reġa’ rritorna għal-logħob imma wara li għamel dehra waħda biss għar-Red Devils, il-player internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju kien permess li jħalli l-club b’self għall-bqija tal-istaġun, bil-ġganti Skoċċiżi Rangers eventwalment jakkwistaw lill-player f’Jannar.
Huwa mifhum li Sassuolo kienu ħerqana li jiffirmaw lil Diallo b’self f’Jannar u għamlu l- “aktar stħarriġ konkret” biex jiksbu s-servizzi tiegħu; Madankollu, Manchester United għażlu li jibagħtu lill-winger b’self fi Glasgow ma’ Rangers, minflok.
Jidher li r-Red Devils qiesu lil rangers bħala ‘pass intermedju’ għal Diallo, qabel ma jintegrawh fil-pjanijiet tal-ewwel team tagħhom f’Old Trafford.
Il-manager temporanju Ralf Rangnick u l-ġerarkija ta’ Manchester United għad għandhom il-fiduċja fil-potenzjal ta’ Diallo biex tabilħaqq isir l-aqwa player tal-club fil-futur u huma jittamaw li jista’ jiżviluppa l-ħiliet tiegħu fi żmien qasir taħt il-gwida tal-coach u ex player, Giovanni van Bronckhhorst.
Diallo, li skorja fl-ewwel erba’ minuti tad-debutt tiegħu ma’ Rangers aktar kmieni dan ix-xahar, għamel total ta’ ħames dehriet għall-club Skoċċiż.