Manchester United infurmaw lil Barcelona li jridu jikkonkludu ftehim biex jiffirmaw lil Frenkie de Jong sa nhar il-Ġimgħa.
Il-Kap Eżekuttiv tar-Red Devils, Richard Arnold, u d-direttur tal-football John Murtough, it-tnejn li huma ġew innutati f’Barcelona nhar it-Tnejn u huwa mifhum li kellhom taħditiet mal-club Katalan dwar ftehim għall-midfielder ta’ 25 sena.
Wara t-tluq ta’ Paul Pogba, Nemanja Matic, Jesse Lingard u Juan Mata, il-manager ġdid Erik ten Hag huwa ħerqan li jsaħħaħ l-għażliet tiegħu f’nofs il-grawnd dan is-sajf u identifika lil De Jong bħala l-mira primarja tiegħu.