Manchester United għadhom interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ RB Leipzig Dani Olmo.
Il-futur tal-player ta’ 23 sena f’Leipzig jibqa’ suġġett ta’ ħafna spekulazzjonijiet, b’Barcelona maħsuba li huma ħerqana li jġibuh lura fil-Camp Nou matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Madankollu, Man United kienu wkoll marbuta mal-internazzjonali ta’ Spanja matul l-aħħar 12-il xahar, bir-Red Devils jingħad li huma ammiraturi fit-tul tal-attakkant versatili.
Ir-Red Devils jibqgħu interessati f’Olmo, li huwa ‘attirat’ mill-possibbiltà li jilgħab fil-Premier League.
Madankollu, m’hemmx klawżola ta’ release fil-ftehim attwali tal-Ispanjol, li jfisser li Man United ikollhom jinnegozjaw ħlas ma’ Leipzig jekk jixtiequ jiffirmawh.
Olmo kien ristrett għal sitt dehriet biss f’livell ta’ club matul l-istaġun 2021-22 minħabba injury, iżda rrappreżenta lit-team attwali tiegħu f’67 okkażjoni minn meta ngħaqad ma’ Leipzig mingħand Dinamo Zagreb f’Jannar 2020, iu skorja 12-il goal u pprovda 14-il assist fil-proċess.