Manchester United għamlu approċċ ġdid biex jiffirmaw lid-difensur ċentrali ta’ Borussia Dortmund, Manuel Akanji.
Il-player ta’ 26 sena fadallu inqas minn 18-il xahar fil-kuntratt attwali tiegħu u l-futur tiegħu mal-club mill-Bundesliga għadu inċert, hekk kif it-taħditiet dwar estensjoni naqsu milli javvanzaw.
Huwa mifhum li l-internazzjonali Żvizzeru rrifjuta l-aħħar offerta ta’ kuntratt tal-club b’valur ta’ madwar €9.5m fis-sena.
Manchester United huma lesti li joffru lil Akanji kuntratt ġdid li jiswa £240,000 fil-ġimgħa, li jkun qrib id-doppju tal-£130,000 fil-ġimgħa li qed jaqla’ bħalissa ma’ Dortmund.
Jidher li BVB mhux se jfixklu lill-player jekk irid iħalli l-club dan is-sajf u jkunu miftuħa għal offerti fi flus aktar baxxi mill-prezz mitlub ta’ qabel li jiswa madwar €25m.
Akanji lagħab 150 partita għal Dortmund fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi 28 waħda f’dan l-istaġun.