Manchester United huma interessati li f’Jannar li ġej jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant ta’ Stuttgart Serhou Guirassy. Dan tal-aħħar jaf ikun ta’ spalla għal Rasmus Hojlund li minkejja kollox qed jilgħab ħafna mil-logħob tar-Red Devils.
Guirassy hu plejer mill-Guinea, għandu 27 sena u matul dan l-istaġun ma’ Stuttgart diġa’ skorja 15-il gowl f’disa’ partiti biss.
Il-kowċ Erik Ten Haag iridu miegħu għalkemm issa jridu jkunu d-diriġenti Ingliżi li jiftiehmu ma’ dawk Ġermaniżi.
Fil-passat, Guirassy lagħab ukoll ma’ Auxerre, Amiens u Rennes.