Sunday, December 22, 2024

Manchester United isegwu lil Christopher Nkunku

Aqra wkoll

Manchester United kellhom scout biex isegwi lil Christopher Nkunku jiskorja darbtejn fir-rebħa ta’ RB Leipzig ta’ 2-0 fuq Atalanta fit-tieni leg tagħhom tal-kwarti tal-finali tal-Europa League.

RB Leipzig għelbu lil Atalanta bi skor aggregate ta’ 3-1, u issa se jiltaqgħu kontra Rangers fis-semi-finali.

Il-player ta’ 24 sena gawda minn staġun mill-aqwa f’livell ta’ club, fejn skorja 30 goal u rreġistra 18-il assist fi 43 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Manchester United kienu marbuta b’mod qawwi mal-player internazzjonali ta’ Franza f’dawn l-aħħar xhur, u r-Red Devils segwewh waqt it-tieni leg tal-kwarti tal-finali tal-Europa League tal-Ħamis.

Il-manager temporanju tal-club Ingliż Ralf Rangnick qed jimbotta biex l-attakkant jiċċaqlaq f’Old Trafford taħt il-gwida ta’ Erik ten Hag, bl-Olandiż mistenni jsir il-manager il-ġdid ta’ Manchester United.

Nkunku, li kapaċi jopera f’numru ta’ żoni differenti fl-attakk, għad fadallu aktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu ma’ Leipzig.

Ir-Red Cevils huma ħerqana wkoll li jakkwistaw lill-midfielder ta’ Leeds United Kalvin Phillips matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Ekonomija

Sport