Manchester United aċċelleraw l-interess tagħhom fid-difensur ċentrali ta’ Barcelona Ronald Araujo qabel it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Il-kuntratt tal-internazzjonali Urugwajan fil-Camp Nou mistenni jiskadi f’Ġunju li ġej, u l-ġganti Katalani qed jitħabtu biex jaslu għal ftehim mad-difensur dwar estensjoni.
Man United għadhom marbutin b’mod qawwi mal-player ta’ 23 sena, li kien player vitali għat-team immexxi minn Xavi dan l-istaġun, li għamel 31 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u pprovda tliet assists fil-proċess.
Ir-Red Devils huma l-club ‘l-aktar interessat’ li jiffirma lill-player mill-Amerika t’Isfel, u huma lesti li jħallsu ‘salarju għoli’ biex iġibuh f’Old Trafford.
Manchester United huma wkoll lesti li jissodisfaw il-valutazzjoni attwali ta’ Barcelona tad-difensur ċentrali, iżda l-ġganti tal-La Liga għadhom jittamaw li jaslu għal ftehim dwar estensjoni.
Chelsea u Liverpool ġew ukoll akkreditati b’interess f’Araujo, li ngħaqad ma’ Barcelona mingħand Boston River fl-2018, u fil-bidu rrappreżenta lil Barcelona B qabel ma daħal fl-ewwel team.
Manchester United huma maħsuba li huma ħerqana li jiffirmaw mill-inqas difensur ċentrali ġdid wieħed dan is-sajf, b’Phil Jones, Eric Bailly u Axel Tuanzebe potenzjalment jitilqu l-club b’mod permanenti.