Mancehster United ilhom interessati fis-servizzi tal-attakkant internazzjonali Brażiljan ta’ Ajax, Antony, sa mill-bidu tas-sajf.
Fil-bidu huma għamlu offerta ta’ €67 miljun iżda l-club Olandiż għamilha ċara li t-talba tiegħu hija dik ta’ €100 miljun.
Wara li l-United għamlu t-tieni offerta ta’ €80 miljun u ġiet rifjutata, issa r-Red Devils għamlu t-tielet offerta ta’ €94 miljun.
Peró Ajax għadhom qed jinsistu għal €100 miljun.
Fil-jiem li għaddew, il-player ta’ 22 sena kien informa lill-club tiegħu li xtaq jingħaqad ma’ Manchester United.
Filwaqt li din l-istqarrija rrabjat lill-coach, Alfred Schrueder, l-attakkant Brażiljan ġie mġiegħel jittrenja waħdu.