Saturday, December 28, 2024

Manchester United jagħmlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni għall-UCL

Aqra wkoll

Wara bosta riżultati di­żappun­tanti fejn tilfu tmien punti mill-aħħar erba’ logħbiet, Manchester Uni­ted għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League meta f’darhom għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 2-0. 

B’hekk issa huma jinsabu erba’ punti fuq Liverpool meta fadal tliet partiti għat-tmiem. 

Iż-żewġ goals waslu minn Anthony Martial (32). u Alejandro Garnacho (94). 

Leeds v Newcastle – Leeds United ospitaw lil Newcastle u spiċċaw fi draw ta’ 2-2 biex biż-żewġ punti li fallew huma baqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni. 

Il-goals tagħhom waslu minn Luke Ayling (7) u Rasmus Kristensen (79) filwaqt li Callum Wilson (31 pen, 69) kiseb id-draw u poġġa lil Newcastle fil-vantaġġ momentarju. 

Patrick Bamford (28) falla penalty għal Leeds li kel­lhom ukoll lil Junior Firpo (91) imkeċċi. 

Aston Villa v Tottenham – Aston Villa ospitaw lil Tottenham u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1 biex laħquhom fis-sitt post tal-klassifika bi Spurs ikomplu jiddiżappuntaw. 

Il-goals tal-Villans waslu wieħed f’kull taqsima minn Jacob Ramsey (8) u Douglas Luiz (72) … biex is-solitu Harry Kane (90) naqqas il-marġni għal Spurs mill-11-il metru. 

Chelsea v Nottm F. – Chel­sea laqgħu lil Notting­ham Forest u spiċċaw fi draw ta’ 2-2. 

Filwaqt li dan huwa staġun li l-Pensioners iridu jinsew, b’dan il-punt il-Fo­rest għam­lu pass ieħor lejn is-salvazzjoni. 

Iż-żewġ goals ta’ kull team waslu minn doppjetta kull wieħed minn  Taiwo Awoniyi (13, 62) u Raheem Sterling (52, 58). 

C. Palace v Bournemouth – F’partita li kienet biss formalitá minħabba li ż-żewġ timijiet salvaw posthom mir-relegazzjoni, Crystal Palace għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 2-0 bil-protagonista jkun Eberechi Eze (39, 58) li rreġistra doppjetta. 

Southampton v Fulham – Wara 11-il sena fl-ogħla di­viżjoni, Southampton sfaw relegati għaċ-Cham­pionship meta f’darhom sfaw megħluba minn Fulham bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals tal-Cottagers jaslu minn Carlos Vinicius (48) u Aleksandar Mitrovic (72) li kien qed jirritorna wara sospensjoni ta’ tmien partiti. 

Ekonomija

Sport