Manchester United qablu dwar kuntratt ta’ erba’ snin ma’ Casemiro u r-Red Devils se jkunu qed joffru salarju ta’ £290,000 fil-ġimgħa lill-midfielder.
Casemiro, ta’ 30 sena, jidher li lest li jlesti ċ-ċaqliq ‘il bogħod minn Real Madrid fejn rebaħ kull trofew disponibbli inkluż ħames edizzjonijiet taċ-Champions League.
Hu mifhum li United se jħallsu madwar £60 miljun għall-Brażiljan li jinsab ħerqan li jesplora avventura ġdida.
Casemiro se jkun qed jaqla’ madwar £15.2m fis-sena sal-2026.
B’hekk, huwa se jerġa’ jingħaqad ma’ Raphael Varane f’Old Trafford wara l-perjodu tagħhom flimkien f’Madrid.
Inizjalment il-United offrew £50m għall-ex player misluf ta’ Porto.
Madankollu, il-Los Blancos kienu determinati li jgħollu s-somma għall-player li ffirmaw mingħand Sao Paulo fl-2013 – speċjalment għax fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu fil-Bernabeu.
Il-post tiegħu, madankollu, jinsab mhedded wara l-akkwist ta’ Aurelien Tchouameni matul dan is-sajf.