Wednesday, October 9, 2024

Manchester United jegħlbu lil Fulham b’goal fl-aħħar

Aqra wkoll

L-akkwist il-ġdid ta’ Manchester United li sewa £36 miljun, Joshua Zirkzee, kien l-eroj ta’ Manchester United meta skorja l-uniku goal tliet minuti mit-tmiem fir-rebħa ta’ 1-0 fuq Fulham. 

L-eks attakkant ta’ Bologna daħal flimkien ma’ Alejandro Garnacho wara siegħa logħob hekk kif il-United tħabtu biex isibu x-xibka avversarja kontra t-tim ta’ Marco Silva.

U l-goal sar bejn dawn iż-żewġ players  hekk kif il-winger tal-Arġentina kkrossja mil-lemin u Zirkzee bil-kalma kollha kompla l-ballun għal ġewwa.

Minkejja li ma lagħbux partita kbira, Manchester United kien jimmeritahom ir-rebħa u kien il-goalkeeper, Bernd Leno, li ċaħħadahom minn bosta saves. 

Sport