Manchester United qed jemmnu li se jiffirmaw lil Harry Kane dan is-sajf jekk Tottenham ma jikkwalifikawx għall-UEFA Champions League.
Barra minn hekk, il-ġerarkija ta’ Old Trafford temmen ukoll li jekk Spurs jibqgħu barra minn din il-kompetizzjoni Ewropea, huma jkollhom ibaxxu l-prezz minn £100 miljun.
Infatti r-Red Devils diġá għamlu kuntatt mal-aġent tal-player fit-tentattiv li jibdew it-taħdidiet.
F’Lulju li ġej, Kane jagħlaq 30 sena u minkejja li ma rebaħ l-ebda unur, huwa sar l-aqwa skorers ta’ kull żmien ta’ Tottenham Hotspur.
Wara l-umiljazzjoni ta’ 7-0 kontra Liverpool, f’Anfield, Manchester United għandhom bżonn ta’ attakkant pur u prorpju Kane jilħaq din il-kriterja.
Bħalissa Kane jaqla’ salarju ta’ £200,000 fil-ġimgħa u l-United lesti li jagħtu £350,000.