Saturday, June 7, 2025

Manchester United jerġgħu juru interess f’Emiliano Martinez

Aqra wkoll

Skont rapport minn sit elettroniku Ingliż, Manchester United reġgħu daħħlu f’moħħhom li jakkwistaw lill-goalkeeper ta’ Aston Villa, Emiliano Martinez. Jingħad li l-klabb Ingliż ġedded il-kuntatti mal-kamp tiegħu, wara l-ewwel laqgħat li kienu saru madwar sitt xhur ilu.

Aston Villa mistennija jitolbu somma sostanzjali għalih, peress li Martinez għandu kuntratt mal-klabb li jiskadi fl-2029. Intant, anke Barcelona qed jingħad li għamlu ftit riċerka dwar trasferiment possibbli tal-goalkeeper Arġentin rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport