Manchester United għadhom qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni kuntrattwali ta’ Ousmane Dembele ma’ Barcelona, bir-Red Devils jittamaw li ‘jipperswadu’ lill-attakkant biex imur jilgħab f’Old Trafford.
L-internazzjonali ta’ Franza, li għadu barra mil-logħob jirkupra minn injury serja fl-irkoppa, bħalissa jinsab f’taħditiet ma’ Barcelona dwar estensjoni għall-ftehim attwali tiegħu, li jiskadi f’Ġunju li ġej.
Madankollu, għadu ma kien hemm l-ebda żvilupp mill-Katalani, u r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 jkun liberu li jiddiskuti pre-kuntratt ma’ Man United f’Jannar 2022.
Man United qegħdin attivament ‘isegwu’ lil dan iż-żagħżugħ ta’ 24 sena u jittamaw li jirrifjuta ċ-ċans li jimpenja l-futur tiegħu ma’ Barcelona.
Diversi naħat qed isegwu s-sitwazzjoni, b’Juventus jingħad ukoll li huma ammiraturi tal-attakkant, li minn Borussia Dortmund f’Awwissu 2017.
Dembele, li jista’ jirritorna minn injury sal-aħħar ta’ Ottubru, skorja 30 goal u rreġistra 21 assist f’118-il apparenza għall-club attwali tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha.