Friday, November 22, 2024

Manchester United jiddiskutu offerti għal Antonio Rudiger u Jurrien Timber

Aqra wkoll

Manchester United iddiskutew offerti għal Antonio Rudiger ta’ Chelsea u Jurrien Timber ta’ Ajax, dan is-sajf.

Ir-Red Devils mistennija jkunu fis-suq għal mill-inqas difensur ċentrali wieħed qabel l-istaġun 2022-23, b’Eric Bailly, Axel Tuanzebe u Phil Jones kollha potenzjalment jistagħu iħallu l-club matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Rudiger u Timber huma żewġ players li ġew diskussi mir-Red Devils, li dalwaqt mistennija jikkonfermaw lil Erik ten Hag bħala l-manager il-ġdid tagħhom.

Il-ftehim attwali ta’ Rudiger ma’ Chelsea għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u l-player internazzjonali Ġermaniż, ma jistax jiffirma estensjoni fi Stamford Bridge minħabba s-sanzjonijiet imqiegħda fuq is-sid tal-Blues, Roman Abramovich.

Il-player ta’ 29 sena reġa’ impressjona għat-team ta’ Thomas Tuchel dan l-istaġun, fejn għamel 46 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja ħames goals u pprovda erba’ assists fil-proċess.

Timber, intant, eċċella taħt il-gwida ta’ Ten Hag ma’ Ajax f’dan l-istaġun, fejn għamel 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u l-player ta’ 20 sena wkoll qed ikun marbut ħafna ma’ ċaqliq mal-club minn Old Trafford.

Sport